Mappa Għall-Ewropa
L-Ewropa fejn tibda, u fejn tispiċċa? Sa mill-eqdem żminijiet ġiet deskritta bħala entità distinta; imsawra kulturalment u storikament – madankollu ġeografikament, l-Ewropa u l-Asja huma kontinent wieħed.
L-interess Ewropew fil-mapep għandu storja twila u varjata li tmur lura għal żmien il-Griegi u r-Rumani. L-iskoperta ta' rotot bil-baħar lejn l-Ameriki fis-seklu 15 biddlet mhux biss il-perspettiva tal-Ewropej tad-dinja magħrufa iżda anke l-mod ta' kif huma jaraw lilhom infushom.
Żjara Virtwali
Ix-xogħlijiet ta' ġeografi tal-qedem bħal Klawdju Tolomew (madwar 90 - madwar 170 EK, jew Era Komuni) jagħtuna ħjiel tad-dinja kif magħrufa ta' dak iż-żmien. Ir-rappreżentazzjonijiet juru biss partijiet mill-Ewropa, l-Asja u l-Afrika ta' Fuq. Bl-użu ta' sistema ta' koordinati, Tolomew immarka postijiet speċifiċi. Il-mapep tiegħu baqgħu l-bażi tal-kartografija Ewropea sa wara s-seklu 15.
Mappa tad-dinja fil-ġeografija ta' Tolomew
L-Italja, madwar l-1454
Ioannis Rhosos
Manuskritt bl-istampi
Replika
Biblioteca Nazionale Marciana, Venezja, l-Italja
Il-mapep li nħolqu matul il-Medju Evu sikwit kienu jissagrifikaw il-preċiżjoni biex jenfasizzaw messaġġi u simboli Kristjani. Fir-Rinaxximent, il-kontinent tal-Ewropa kien rappreżentat bħala l-Verġni Marija: espressjoni tal-identità Kristjana tiegħu.
L-Ewropa bħala l-Verġni Marija
Basel, l-Iżvizzera, (1588) 1628
Minn "Cosmographia" ta' Sebastian Münster (1488–1552)
Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju
Il-perspettiva tagħna tad-dinja normalment hija determinata mill-post fejn ngħixu. Il-mapep tad-dinja magħmula barra mill-Ewropa juru dan b'mod verament ċar; il-kontinent f'salt wieħed jidher żgħir u 'l bogħod.
×
World map
China 2012
SinoMaps Press
House of European History, Brussels, Belgium
Il-mit Ta' Ewropa
Ewropa, prinċipessa mitika mill-Feniċja (il-Libanu tal-lum) tinħataf mill-alla Grieg Żews, li jidhrilha fis-sura ta' barri abjad. Hu jissaħħar wara s-sbuħija tagħha, u jeħodha fil-gżira ta' Kreta.
L-isem tal-kontinent Ewropew ilu assoċjat ma' dan il-mit minn żmien l-antikità sal-lum. Dan jidher fl-arti, fil-litteratura, fir-reliġjon u fil-politika, fejn l-istorja u l-lingwaġġ figurattiv sikwit jiġu interpretati mill-ġdid biex jirriflettu kwistjonijiet attwali.
Fid-dinja Griega-Rumana, ix-xbieha ta' Ewropa riekba fuq dahar Żews kienet suġġett rikorrenti fix-xogħlijiet taċ-ċeramika, il-pitturi fuq il-ħitan u l-mużajk. L-esportazzjoni ta' vażuni Griegi għenet biex infirex l-għarfien ta' dan il-mit.
Ewropa riekba l-barri
Mit-Tempju Y, Selinunte
Sqallija, madwar 580-560 QEK
Replika ta' metopa
Museo Archeologico Regionale Antonio Salinas, Palermo, l-Italja
Il-mit ta' Ewropa sikwit intuża f'kummenti dwar il-politika Ewropea. Rappreżentazzjonijiet ta' dan it-tip ikopru firxa li tinkludi t-tentattivi ta' pan-Ewropejizzazzjoni fil-bidu tas-seklu 20 sat-terrur u l-vjolenza ta' gwerer qerrieda.
"Barbaropa"
Il-Ġermanja, 1947
Heinz Trökes (1913–1997)
Żejt fuq it-tila
Dar l-Istorja Ewropea,
Brussell, il-Belġju
Interpretazzjonijiet aktar riċenti jaraw il-mit ta' Ewropa bħala simbolu tal-integrazzjoni Ewropea. L-immaġni ntużat bħala marka tal-ilma fil-karti tal-flus, kif ukoll f'rappreżentazzjonijiet dwar kwistjonijiet politiċi bħall-kriżi tal-ewro.
"Il-kriżi ta' nofs il-ħajja tal-Ewropa"
The Economist, Londra, ir-Renju Unit, il-31 ta' Mejju 1997
Satoshi Kambayashi
Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju
Wirt Ewropew
X'jgħaqqad lill-kontinent flimkien? X'jista' jitqies bħala wirt Ewropew?
L-Ewropa hija aktar mis-somma tal-istorja nazzjonali tal-pajjiżi differenti, iżda hija ċivilizzazzjoni u kultura kkaretterizzata minn tradizzjonijiet u valuri partikolari żviluppati tul l-istorja?
Hemm elementi bażiċi li huma oriġinarjament Ewropej u nfirxu mal-kontinent kollu. Jistgħu dawn jitqiesu bħala l-karatteristiċi li jiddistingwu l-kutura Ewropea? Jekk iva, liema partijiet minn dan il-wirt Ewropew għandna nippreservaw? Xi rridu nbiddlu? X'għandna nikkontestaw?
Mill-oriġini tiegħu fil-Lvant Nofsani, il-Kristjaneżmu nfirex madwar l-Ewropa kollha tant li sar influwenti immens u sar karatteristika li tiddefinixxi ċ-ċiviltà tal-"Punent". Illum, il-valuri, it-tradizzjonijiet u l-kultura tal-Ewropa għadhom jirriflettu dan il-wirt Kristjan twil.
Skultura ta' Papa
Knisja ta' San Martin, Utrecht, in-Netherlands, tard fis-seklu 15
Ġewż
Museum Catharijneconvent, Utrecht, in-Netherlands
Is-seklu tmintax ‘Età tal-Illuminiżmu’ kien qabża fl-iżvilupp kulturali u politiku tal-Ewropa. Filwaqt li enfasizza l-valur tar-raġuni u l-ħsieb razzjonali, ispira żviluppi drammatiċi fix-xjenza, il-filosofija, is-soċjetà u l-politika.
L-Enċiklopedija ta’ Diderot u d’Alambert
Pariġi, Franza 1751-1772
Dar tal-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju
Id-demokrazija hi forma ta' ggvernar li tagħti awtodeterminazzjoni liċ-ċittadini, b'mod li d-deċiżjonijiet politiċi jsiru mill-maġġoranza tal-poplu. Kien biss fis-seklu għoxrin li d-demokraziji Ewropej estendew id-dritt tal-vot biex jinkludi ċ-ċittadini adulti kollha.
Polza tal-vot bl-għażla ta' Temistokli għall-eżilju
Ateni, il-Greċja
is-seklu 5 QEK
Tafal
ΜουσείοΑρχαίαςΑγοράς/ Museum of the Ancient Agora, Ateni, il-Greċja
Memorja
Jekk niftakru dak li għaddejna minnu, nistgħu nevitaw li nirrepetu l-iżbalji tal-passat? Il-memorja hija meqjusa essenzjali. Sew għall-individwi u sew għall-gruppi soċjali, il-memorja hija l-bażi tat-tagħlim u tal-għarfien konxju tal-identità tagħhom.
Madankollu, il-memorja hija fenomenu kumpless. Hija selettiva u marbuta b'mod inseparabbli mal-ħila tal-bniedem li jinsa. Il-memorji tagħna huma parti essenzjali mill-istorja u jinfluwenzaw b'mod profond il-preżent u l-futur tagħna. Il-mod kif niftakru l-istess storja jinbidel kontinwament.
Il-memorja hija suġġettiva u influwenzata ħafna miċ-ċirkustanzi. Id-djarju ta' Anne Frank, tfajla Lhudija li kienet qed tistaħba f'Amsterdam matul l-okkupazzjoni Nazista, sar ktieb magħruf mad-dinja kollha. Xhieda bħal din li tippersonalizza l-istorja kultant tista' tgħid aktar dwar l-istorja minn dak li tgħid l-analiżi storjografika.
"Het Achterhuis"/ "The Diary of a Young Girl"
Anne Frank (1929-1945)
Amsterdam, in-Netherlands, 1947
Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju
Il-memorja tiddependi mill-kuntest storiku. Xi drabi tistimola l-vendetta, drabi oħra twitti t-triq għar-rikonċiljazzjoni. Il-mument simboliku ħafna waqt din il-kommemorazzjoni tal-Gwerra l-Kbira fil-preżenza ta' François Mitterrand u Helmut Kohl jirrappreżenta t-tmiem tar-rivalità storika bejn Franza u l-Ġermanja.
Kommemorazzjoni konġunta tal-Battalja ta' Verdun
Verdun, Franza, it-22 ta' Settembru 1984
Ritratt
Axel Springer Syndication, Berlin, il-Ġermanja
Il-memorja tista' tiġi manipulata biex tħassar u timmina. L-"eliminazzjoni" ta' persuni partikolari mill-istorja kienet karatteristika tar-reġimi totalitarji. Meta, wara l-1929, ir-relazzjoni tagħhom ma' Joseph Stalin qraset, Leon Trotsky u Lev Kamenev tneħħew mir-ritratt storiku ta' Lenin waqt li qed jagħmel diskors.
Trotsky u Kamenev maġenb Lenin u aktar tard iż-żewġ irġiel imneħħijin miċ-ċensura
Moska, ir-Repubblika Sovjetika Federattiva Soċjalista Russa, il-5 ta' Mejju 1920 / wara l-1929
Ritratt / Ritratt imbagħbas
Getty Images, Amsterdam, in-Netherlands