Bord tal-Fiduċjarji
Il-Bord tal-Fiduċjarji jissorvelja u jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet fundamentali relatati mal-proġett. Huwa magħmul minn politiċi ta’ livell għoli u personalitajiet pubbliċi magħrufa sew, li jlaqqgħu flimkien diversi istituzzjonijiet Ewropej u l-awtoritajiet ta’ Brussell, u huwa ppresedut mill-eks President tal-Parlament Ewropew Dr. Hans-Gert Pöttering.
Kumitat akkademiku
Il-Kumitat Akkademiku, magħmul minn storiċi u professjonisti minn mużewijiet magħrufa internazzjonalment, għandu rwol ta’ segwitu u ta’ konsulenza dwar kwistjonijiet ta’ traskrizzjoni storika u mużeoloġika. Huwa ppresedut minn Storiku Prof. Dr. Oliver Rathkolb.