Entrance to Shaping Europe second floor
It-tiswir tal-Ewropa
Jeżisti passat Ewropew kondiviż? X'jgħaqqad il-kontinent flimkien? Il-vjaġġ tiegħek jibda hawn!
L-Ewropa: potenza globali
Is-sejħa għad-demokrazija u s-sovranità nazzjonali, l-espansjoni tal-industrijalizzazzjoni u l-imperjaliżmu, ilkoll jibdlu radikalment il-perkors tal-Ewropa. L-Ewropa tilħaq il-quċċata tal-poter tagħha fid-dinja.
L-Ewropa: ħerba sħIħa
L-atroċità estrema u d-disprezz għall-umanità jsiru evidenti fix-xenarji differenti ta' gwerer kbar u terrur totalitarju li kkaratterizzaw l-ewwel nofs tas-seklu 20.
Il-bini mill-ġdid ta' kontinent maqsum
Mill-irmied tal-gwerra jissawwar xenarju politiku ġdid, separat minn Purtiera tal-Ħadid. L-idea tal-integrazzjoni Ewropea titqiegħed fil-prattika, iżda se tirnexxi?
Jitfarrku ċ-ċertezzi
L-ekonomiji b'saħħithom ta' wara l-gwerra jibdew jitriegħdu. Ir-reġimi komunisti jħabbtu wiċċhom ma' problemi sistemiċi u nuqqas ta' leġittimità soċjopolitika. Il-globalizzazzjoni u tmiem il-Gwerra l-Bierda jħaffu l-pass tal-integrazzjoni Ewropea.
L-Ewropa llum
X'inhu t-twemmin li naqsmu flimkien u li jgħaqqadna irrispettivament mid-differenzi politiċi, reliġjużi, kulturali u soċjali ta' bejnietna? X'se jgħidu l-kotba tal-istorja dwar il-preżent tagħna?