Prinċipji ta’ gwida
Aħna nwettqu taħlita ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni biex inżidu l-għadd ta’ viżitaturi u utenti, u ninvolvu viżitaturi mhux tradizzjonali tal-mużewijiet.
Nilqgħu lill-viżitaturi irrispettivament mill-post, il-livell ta’ edukazzjoni, l-età, l-etniċità, il-kapaċità fiżika jew intellettwali jew il-lingwa tagħhom.
Proġetti attwali
Proġetti tal-passat
Il-Mużew, il-pari tiegħu u l-midja
Tan-netwerk
Dar l-Istorja Ewropea tipparteċipa f’varjetà ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali fil-qasam tal-mużewijiet u tal-wirt kulturali, bħal ICOM, NEMO u l-Kunsill ta’ Brussels Museum. Twettaq ukoll ħidma ta’ sensibilizzazzjoni ma’ diversi gruppi fil-viċinat u r-reġjun immedjati ta’ Brussell, u tikkoopera ma’ mużewijiet, universitajiet u soċjetajiet ċivili fl-Ewropa kollha.
Din il-mappa interattiva turi sħab, organizzazzjonijiet u mużewijiet madwar l-Ewropa u d-dinja, li kkontribwew għal proġetti jew qablu b’mod ġeneruż li jsellfu oġġetti lil Dar l-Istorja Ewropea.