Dikjarazzjoni ta’ rinunzja
Il-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea jżomm dan is-sit web biex itejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-istituzzjoni u l-attivitajiet tagħha.
L-għan tagħna huwa li jkollna informazzjoni kompleta, preċiża u aġġornata kemm jista’ jkun. Jekk tinġieb għall-attenzjoni tiegħu xi żbalji, il-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea se jieħdu l-passi kollha possibbli biex jagħmlu kwalunkwe korrezzjoni meħtieġa mingħajr dewmien. Huwa jista biss jitqies bħala responsabbli tad-danni li jirriżultaw mill-iżbalji tiegħu, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-aħħar paragrafu hawn taħt.
L-informazzjoni ppubblikata f’dan is-sit hija ta’ natura ġenerali u ma ġietx imfassla biex tissodisfa ħtiġijiet individwali. Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tikkostitwixxix parir professjonali jew legali (jekk ikollok bżonn parir speċifiku, nissuġġerulek tikkonsulta professjonista kkwalifikat kif xieraq).
Xi informazzjoni, inkluża l-interpretazzjoni tad-diskorsi, kif ukoll id-dokumenti disponibbli f’dan is-sit jew permezz tiegħu ma jistgħu jiġu kkunsidrati la bħala riproduzzjoni awtentika tat-testi uffiċjali u lanqas bħala rapport verbatim veritier tad-dibattiti parlamentari. Huma biss it-testi uffiċjali u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jitqiesu bħala awtentiċi. F’każ ta’ differenzi bejn il-verżjoni elettronika u t-test stampat, wieħed għandu joqgħod biss fuq it-test stampat uffiċjali u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, it-test oriġinali tad-diskors jew it-traduzzjoni riveduta tiegħu biss huma awtentiċi.
Il-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-ħsara diretta jew indiretta li tista’ tirriżulta mill-użu ta’ dan is-sit. Aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex innaqqsu kemm jista’ jkun il-problemi kkawżati minn żbalji tekniċi. Xi data jew informazzjoni fuq dan is-sit setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’files jew formati li mhumiex mingħajr żbalji. F’dan il-każ, ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz ma jiġix interrott jew li ma jkunx affettwat minn dawn il-problemi. Il-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà f’każ ta’ trażmissjoni difettuża tad-data minħabba d-diversi networks tal-internet jew minħabba inkompatibbiltajiet minħabba l-web browser tal-utent.
Il-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea ma jistgħux jiggarantixxu li l-informazzjoni minn sorsi esterni li tinsab f’dan is-sit tkun affidabbli jew aġġornata. L-informazzjoni fuq dan is-sit tista’ torbot ma’ siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea m’għandhom l-ebda kontroll u li għalihom il-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea ma jistgħu jaċċettaw l-ebda responsabbiltà.
Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea li tirriżulta mill-Artikolu 340 tat-TFUE.
Dritt tal-awtur
Il-kontenut ta’ dan is-sit web fih data testwali u elementi multimedjali bħal testi, tpinġijiet, grafiċi, logos, ikoni, stampi, materjal awdjoviżiv, ritratti, programmi u t-teknoloġija deskritta, li huma protetti mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur.
Din id-data testwali u l-elementi multimedjali huma l-proprjetà esklużiva jew tal-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea u/jew tal-awturi u l-benefiċjarji tagħhom. Id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirrinunzjaw id-dritt tagħhom li jkollhom isimhom jew kwalunkwe indikazzjoni oħra tidher fuq l-oġġetti li huma jipprovdu għal dan is-sit web.
L-utent jintrabat li jirrispetta d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-Unjoni Ewropea u ta’ partijiet terzi mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-eċċezzjonijiet previsti minn dispożizzjonijiet vinkolanti oħrajn.
Bħala regola ġenerali, l-użu mill-ġdid (riproduzzjoni jew użu) ta’ data testwali u oġġetti multimedjali li huma l-proprjetà tal-Unjoni Ewropea (identifikati bil-kliem “© Unjoni Ewropea, [sena/snin] — Sors: Il-Parlament Ewropew” jew “© Unjoni Ewropea, [sena/snin] — PE”) jew ta’ partijiet terzi (© Sors estern, [sena/snin]), u li għalihom l-Unjoni Ewropea għandha d-drittijiet ta’ użu, huwa awtorizzat, għall-użu personali jew għal aktar disseminazzjoni mhux kummerċjali jew kummerċjali, dment li l-oġġett kollu jiġi riprodott u s-sors jiġi rikonoxxut. F’xi każijiet, madankollu, l-użu mill-ġdid ta’ ċerta data tista’ tkun soġġetta għal kundizzjonijiet differenti; f’dan il-każ, l-element ikkonċernat huwa akkumpanjat minn tismija tal-kundizzjonijiet speċifiċi relatati miegħu.
Kwalunkwe riproduzzjoni parzjali tal-oġġetti tad-data jew multimedjali minn dan is-sit web trid tiċċita wkoll il-link tal-URL tal-oġġett komplut jew is-sit web li minnu jkun inkiseb.
L-utent jintrabat li ma jħassar jew jibdel l-ebda indikazzjoni tal-awtur jew tas-sors u li ma jdurx mad-dispożizzjonijiet tekniċi relatati mal-protezzjoni tad-dokumenti u l-elementi multimedjali, bħar-restrizzjonijiet fuq l-istampar jew it-tniżżil mill-internet u kwalunkwe mmarkar viżibbli jew inviżibbli. Kwalunkwe ksur jista’ jwassal għal proċedimenti ċivili u kriminali.
It-traduzzjonijiet ta’ testi jew dokumenti f’lingwi minbarra l-verżjonijiet tal-lingwa uffiċjali murija fuq is-sit web huma awtorizzati bil-kundizzjoni li jingħata r-rikonoxximent dovut f’post prominenti xieraq, segwit minn dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà, it-tnejn tradotti għal-lingwa rilevanti:
“Tradotta mill-verżjoni oriġinali [speċifika l-lingwa] ippubblikata mill-Unjoni Ewropea fuq is-sit web li ġej [speċifika l-URL]: “© L-Unjoni Ewropea, [sena/snin] — Sors: Il-Parlament Ewropew”; jew “© Unjoni Ewropea, [sena/snin] — PE”, “[Isem id-detentur tal-proprjetà intellettwali tat-traduzzjoni] jassumi/tassumi responsabbiltà sħiħa għat-traduzzjoni bil-lingwa [speċifika l-lingwa fil-mira]”
F’każijiet ta’ dubju dwar l-identità tad-detenturi tad-drittijiet jew dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ oġġett partikolari, tista’ tintbagħat talba għal informazzjoni lill-webmaster.
Minkejja riċerka estensiva, jista’ jkun li l-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea ma kinux kapaċi jidentifikaw ċerti awturi jew detenturi tad-drittijiet ta’ dokumenti li jidhru fis-sit. Jekk int detentur ta’ dritt bħal dan, jew jekk identifikajt tali detentur tad-dritt, jew jekk hemm żball min-naħa tagħna, inkunu grati jekk ġentilment tikkuntattja lill-webmaster.
Użu ta’ trademarks u logos tal-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea
It-trademarks ta’ Dar l-Istorja Ewropea europarl ®, Parlamentarium ®, HOUSE OF EUROPEAN HISTORY ® u l-logos tal-Parlament Ewropew jew ta’ Dar l-Istorja Ewropea ma jistgħux jintużaw mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea.