L-ewwel gwerra dinjija
L-Ewwel Gwerra Dinjija, l-ewwel gwerra industrijalizzata u tal-massa, ikkawżat qerda bla preċedent fil-kampi tal-battalja u fis-soċjetajiet b'mod ġenerali. L-erba' snin ta' gwerra heżżew l-Ewropa sas-sisien tagħha, u kaxkruha f'kunflitt dinji li qatt ma kien deher bħalu.
Din l-istraġi rriżultat fl-aktar seklu qattiel fl-istorja tal-Ewropa, u l-effetti trawmatiċi tagħha ħallew impatt profond fuq il-memorja Ewropea.
Fit-28 ta' Ġunju 1914, l-eredi tal-Imperu Awstro-Ungariku – l-Arċiduka Franz Ferdinand – u l-mara tiegħu nqatlu f'Sarajevo minn Gavrilo Princip, Serb Bożnijaku li ried stat Jugoslav indipendenti mill-Awstrija. Dan l-avveniment tellef il-bilanċ fraġli tal-poter u tefa' l-kontinent fi gwerra.
Żjara Virtwali
Il-gass velenuż intuża b'suċċess għall-ewwel darba mill-forzi Ġermaniżi f'Ypres, il-Belġju, fl-1915. L-idea li jintuża l-gass bħala arma kienet żviluppat bħala mezz kif jingħeleb l-impass tal-ġlied fit-trunċieri. Intuża kemm il-kloru, kemm il-bromu, kif ukoll il-gass tal-mustarda. Filwaqt li l-imwiet infushom kienu limitati, l-effetti psikoloġiċi fuq is-suldati kienu sinifikanti. Il-maskra tal-gass hija illustrazzjoni perfetta tad-diżumanizzazzjoni tal-individwu f'din il-gwerra.
Il-maskri tal-gass tal-gwerra
L-Istati Uniti tal-Amerka
1917
Hulton Archive/ Stringer/ Getty
Fit-28 ta' Ġunju 1914, l-eredi tal-Imperu Awstro-Ungariku – l-Arċiduka Franz Ferdinand – u l-mara tiegħu nqatlu f'Sarajevo minn Gavrilo Princip, Serb Bożnijaku li ried stat Jugoslav indipendenti mill-Awstrija. Dan l-avveniment tellef il-bilanċ fraġli tal-poter u tefa' l-kontinent fi gwerra.
Pistola mill-komplott tal-assassinju f'Sarajevo
Il-Belġju, 1910
Heeresgeschichtliches Museum, Vjenna, l-Awstrija
Huwa stmat li fl-Ewwel Gwerra Dinjija mietu mal-10 miljun suldat, u l-fdalijiet ta' ħafna minnhom qatt ma ġew identifikati. Dan wassal għall-kunċett, madwar l-Ewropa kollha, tas-"suldat mhux magħruf", li ta l-opportunità lin-nies biex fiċ-ċimiterji u l-monumenti pubbliċi jiftakru f'dawk li nqatlu fl-azzjoni. Wara l-gwerra, il-qtil sistematiku mingħajr sens apparenti skredita l-klassijiet tat-tmexxija. Il-pajsaġġi Ewropej, imħassra mill-gwerra, inbidlu għal dejjem; illum, il-kampijiet tal-battalja, il-fdalijiet arkeoloġiċi u l-oqbra huma xhieda ta' din il-memorja.
Lapida għal suldati mhux identifikati
Fuq il-front f'Soča, l-Imperu Awstro-Ungariku, 1914-1918
Konkos u barbed wire
Kobariški muzej, Kobarid, is-Slovenja
It-totalitarjaniżmu kontra d-demokrazija
B'konsegwenza tal-Ewwel Gwerra Dinjija sfaxxaw imperi antiki u nħolqu stati ġodda. Il-paċifiżmu u l-idea tal-integrazzjoni Ewropea bdew isiru aktar b'saħħithom.
Id-demokrazija parlamentari fjorixxiet fl-Ewropa kollha, filwaqt li l-Unjoni Sovjetika saret l-ewwel dittatorjat Komunista. Madankollu, sal-1939 il-parti l-kbira ta' dawn id-demokraziji kienu sfaxxaw u l-maġġor parti tal-Ewropej kienu qed jgħixu taħt reġimi awtoritarji jew totalitarji, li kienu jikkontrollaw il-ħajja pubblika u privata bil-forza u jillimitaw il-libertajiet individwali.
In-Nazisti ħadu l-poter f'idejhom fl-1933 u ħolqu reġim totalitarju li fih il-Ġermaniżi Arjani kienu jitqiesu bħala r-razza ewlenija u bijoloġikament superjuri, li kellha d-destin li tiddomina l-Ewropa. Il-Lhud ingħataw it-tort għall-problemi li kellha l-Ġermanja, u ġew akkużati b'komplott biex jieħdu d-dinja f'idejhom.
Żjara Virtwali
Il-kult lejn il-persuna ta' Joseph Stalin beda ftit wara li dan ħa l-kontroll tal-Unjoni Sovjetika lejn tmiem l-għoxrinijiet tas-seklu 20, u laħaq il-quċċata tiegħu wara r-rebħa Sovjetika fit-Tieni Gwerra Dinjija.
"Għollu aktar 'il fuq il-bandiera ta' Marx, Engels, Lenin u Stalin!"
L-Unjoni Sovjetika, 1933
Gustav Klutsis (1895-1938)
Kartellun
Riproduzzjoni
Российская государственная библиотека / Russian State Library, Moska, ir-Russja
Il-kostituzzjonijiet tal-pajjiżi madwar l-Ewropa kollha taw lill-irġiel – u f'ħafna każijiet lin-nisa – id-dritt tal-vot. Il-poter tal-istat kien limitat, fattur li kien tabilħaqq avvanz għad-demokrazija.
Kaxxa tal-voti
Il-Finlandja, bidu tas-seklu 20
Vapriikki Museokeskus, Tampere, il-Finlandja
Matul l-Assemblea tal-Lega tan-Nazzjonijiet tas-7 ta' Settembru 1929, il-Prim Ministru Franċiż Aristide Briand appella sabiex il-pajjiżi Ewropej jikkundannaw il-gwerra b'leħen wieħed u jadottaw politika ta' diżarm. Din kienet l-ewwel darba li stat Ewropew kien ħa l-inizjattiva li jipproponi azzjoni Ewropea konġunta.
Aristide Briand (1862-1932)
Politiku Franċiż
Franza, l-għoxrinijiet tas-seklu 20
© INTERFOTO / Alamy Stock Photo
L-ibbombardjar tal-belt Baska ta' Guernica fis-26 ta' April 1937 minn ajruplani Ġermaniżi u Taljani kien wieħed mill-aktar avvenimenti orrendi tal-Gwerra Ċivili Spanjola.
"Guernica"
Franza, 1937
Skultura tal-bronż
René Iché (1897-1954)
Dar l-Istorja Ewropea, Brussell, il-Belġju
Ir-reġim Nazista rażżan brutalment lill-għedewwa tiegħu u żgura wkoll li dawk li kienu meqjusa bħala sogru għas-sigurtà minħabba l-oppożizzjoni politika tagħhom, diżubbidjenza ċivili jew reżistenza spiċċaw fil-kampijiet ta' konċentrament.
Tabella ta' marki tal-priġunieri
Il-kamp ta' konċentrament ta' Dachau, l-Imperu Ġermaniż, madwar l-1938-1942
Riproduzzjoni
KZ-Gedenkstätte Dachau, Dachau, il-Ġermanja
It-tieni gwerra dinjija
It-Tieni Gwerra Dinjija sikwit tiġi deskritta bħala 'gwerra totali', mingħajr distinzjoni bejn is-suldati u ċ-ċivili. Miljuni ta' nies sfaw vittmi ta' eżekuzzjonijiet tal-massa, deportazzjonijiet, qtil bil-ġuħ, xogħol furzat, kampijiet ta' konċentrament u bumbardamenti.
Taħt ir-reġim Nazista, miljuni ta' nies inqatlu permezz ta' "tindif" soċjali u etniku sistematiku. Kemm fl-iskala kif ukoll fil-forma burokratika tiegħu, il-ġenoċidju tal-Lhud Ewropej sar avveniment bla paragun fl-istorja. Maqbuda bejn is-Soċjaliżmu Nazzjonaliżmu u l-Istaliniżmu, il-gwerra kellha karatteristiċi partikolarment brutali fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.
Żjara Virtwali
L-ambizzjonijiet tal-Ġermanja għall-espansjoni territorjali u d-dominazzjoni tal-Ewropa kaxkru lill-Ewropa fil-gwerra fl-1 ta' Settembru 1939. Ġimgħa qabel, Hitler u Stalin kienu laħqu ftehim fuq trattat ta' nonaggressjoni, li kien fih dispożizzjoni sigrieta li kienet taqsam lill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fi sfera ta' interess Nazista u oħra Sovjetika.
"Il-Missjoni Ewropea tal-Ġermanja"
Berlin, l-Imperu Ġermaniż, madwar l-1941
Werner von Axster-Heudtlaß
Kartellun
Riproduzzjoni
Deutsches Historisches Museum, Berlin, il-Ġermanja
In-nies kienu mriegħxa u mdardra bit-tirannija u l-brutalità tan-Nazisti, u r-reżistenza tqawwiet fit-territorji okkupati. Ħadet suriet differenti f'postijiet differenti, minn skontri bejn formazzjonijiet militari kbar fil-Greċja, fil-Polonja, fil-Jugoslavja u fl-Unjoni Sovjetika, sar-reżistenza ċivili fi nħawi oħra.
Partiġjani (l-Armata tal-Liberazzjoni Nazzjonali)
Il-Jugoslavja, 1942-1945
Ritratt
Hrvatski povijesni muzej, Zagreb, il-Kroazja
Il-Lhud fil-pajjiżi okkupati tista' tgħid kollha kellhom jilbsu l-istilla s-safra b'sitt ponot, mezz ta' esklużjoni degradanti u ta' mistħija. Id-deportazzjoni furzata tal-Lhud f'getti kienet pass preparatorju importanti fl-organizzazzjoni tax-Shoah.
Stilla tal-Lhud minn Franza
Franza, 1942-1944
בית לוחמי הגטאות / Ghetto Fighters' House Museum, il-Galilea tal-Punent, Iżrael
Xogħol ta' qerda
Huwa stmat li matul it-Tieni Gwerra Dinjija mietu mas-60 miljun ruħ, li minnhom kważi żewġ terzi kienu ċivili. Madankollu, iċ-ċifri waħedhom ma jirnexxilhomx jikkomunikaw il-kobor kollu tat-traġedji personali involuti jew l-impatt diżastruż ta' dawn l-avvenimenti fuq diversi gruppi ta' nies. L-oġġetti miġburin hawnhekk jirrakkuntaw l-istorja umana mistura wara dawn l-avvenimenti u jqanqluna lkoll nikkunsidraw kif in-nies jaffrontaw it-trawma u t-telfien fuq skala hekk kbira.
Matul l-assedji, mijiet ta' eluf ta' ċivili mietu bil-ġuħ u b'mard relatat mal-ġuħ.
Mara Netherlandiża qed tmut bil-ġuħ
Amsterdam, in-Netherlands taħt l-okkupazzjoni Ġermaniża, 1944-1945
Casparus Bernardus (Cas) Oorthuys (1908-1975)
Ritratt
Nederlands Fotomuseum, Rotterdam, in-Netherlands
Waqt il-gwerra u anke wara, miljuni ta' nies intlaqtu minn migrazzjonijiet interni furzati fl-Unjoni Sovjetika taħt ir-reġim ta' Stalin. Din l-ittra, miktuba fuq il-qoxra taz-zokk ta' siġra tal-betula minn avukat deportat li kien marad huwa u jaħdem fil-Gulag, titkellem dwar it-tama tiegħu li jerġa' jingħaqad ma' tal-familja. Qatt ma reġa' rahom.
Ittra ta' priġunier tal-Gulag
Vyatlag, l-Unjoni Sovjetika, Jannar 1943
Qoxra tal-betula
Tukuma muzejs, Tukums, il-Latvja
Il-possibbiltajiet li priġunier tal-gwerra jissopravivi kienu jiddependu minn fuq liema naħa u f'liema punt waqt il-gwerra kien jinqabad priġunier. Is-Salib l-Aħmar Amerikan irnexxielu jħejji u jibgħat bil-baħar aktar minn 27 miljun pakkett, sabiex ikattar iċ-ċans li l-priġunieri jerġgħu lura lejn darhom qawwijin u sħaħ.
Pakkett tas-Salib l-Aħmar
Ir-Renju Unit, 1945
Kartun
Imperial War Museum, Londra, ir-Renju Unit