Sabiex inwettqu d-dmirijiet tagħna lejn iċ-ċittadini Ewropej, aħna nistgħu niġbru informazzjoni personali (“data personali”), li tinġabar u tiġi ttrattata b’konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2018/1725, “ir-Regolament”.
X’inhi l-leġiżlazzjoni rilevanti?
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-21 ta’ Novembru 2018 u daħal fis-seħħ fl-11 ta’ Diċembru 2018.
Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istituzzjonijiet, Korpi, Uffiċċji u Aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE.
Xi tfisser id-data personali?
“Data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”). Persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal mezz ta’ identifikazzjoni bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tal-persuna.
Aħna niġbru d-data personali tiegħek?
Is-siti web tal-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea jiġbru ftit data personali. Xi data hija obbligatorja, minħabba t-teknoloġiji wara l-Internet, xi data hija meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-siti web tagħna, xi data hija kondiviża volontarjament minnek permezz tal-istrixxun ta’ kunsens tagħna jew formoli apposta. Huma biss ftit paġni li jistiednuk iddaħħal data personali sabiex jipprovdu servizzi speċifiċi jew jitwieġbu talbiet dedikati. F’każijiet bħal dawn, stqarrija ta’ privatezza ddedikata dejjem tinfurmak dwar, fost l-oħrajn, l-iskop tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-bażi legali, il-kategoriji tad-data miġbura, u qabel kollox dwar id-drittijiet tiegħek u lil min għandek tikkuntattja f’każ li tixtieq teżerċita dawn id-drittijiet. Pereżempju, il-paġna Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) tinkludi tab ta’ kuntatt, jew uża l-formola ta’ kuntatt tagħna. Fuq dik il-formola, inti mitlub, bħala minimu, tindika (oqsma obbligatorji) il-kunjom, l-isem, il-pajjiż ta’ residenza, l-isem tal-organizzazzjoni, il-kategorija, is-suġġett u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek, kif ukoll, possibbilment, is-sess, l-indirizz, l-età, il-professjoni u n-nazzjonalità tiegħek. Ladarba tintbagħat, il-formola tiġi trażmessa permezz tal-email lis-servizz kompetenti sabiex dan ikun jista’ jaqdik bl-aħjar mod.
Il-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea jiżgura li d-data miġbura tiġi pproċessata biss għal skopijiet intenzjonati u ddikjarati b’mod ċar, u ma terġax tintuża għal xi għan ieħor.
L-informazzjoni personali tinżamm biss għall-perjodu taż-żmien meħtieġ biex tiġi pproċessata d-data. L-informazzjoni dettaljata dwar il-perjodu ta’ żamma dejjem se tiġi inkluża fil-politika ta’ privatezza relatata mal-attività tal-ipproċessar inkwistjoni. Xi data tista’ tinżamm għal terminu itwal għal raġunijiet storiċi, ta’ statistika jew ta’ sigurtà, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament.
Aħna naqsmu d-data personali tiegħek?
Aħna niżvelaw informazzjoni lil partijiet terzi biss meta jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-iskopijiet speċifikati u din tingħata biss lill-kategoriji ta’ destinatarji identifikati. Aħna ma niżvelaw l-ebda data personali għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta u nimpenjaw ruħna li nieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa biex nissalvagwardjaw din id-data minn użu ħażin minn partijiet terzi.
Is-siti web tal-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea jistgħu jipprovdu links għal siti tal-internet oħra. Peress li l-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea m’għandha l-ebda kontroll fuq siti bħal dawn, nissuġġerulek li tirrevedi l-politiki ta’ privatezza tagħhom stess.
X’inhuma d-drittijiet tiegħek?
Iċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li jiksbu aċċess għad-data personali miżmuma mill-Parlament Ewropew dwarhom u li jitolbu r-rettifika jew it-tħassir tagħha, jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar jew, fejn applikabbli, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data. Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens jew il-kunsens espliċitu tagħhom, huma għandhom ukoll id-dritt li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tiġi affettwata l-legalità tal-ipproċessar abbażi ta’ kunsens qabel l-irtirar tiegħu.
Għal kwalunkwe talba li tikkonċerna l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, nistednuk tikkuntattja jew lill-kontrollur responsabbli (kif identifikat fil-politika dwar il-privatezza relatata mal-attività ta’ pproċessar speċifika) jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew (UPD). Pereżempju, fir-rigward ta’ Dar l-Istorja Ewropea, il-kontrollur responsabbli huwa d-Direttur tal-Mużew, li jista’ jiġi DGCOMM-HEHDataProtection
europarl [dot] europa [dot] eu (kkuntattjat bl-email.)
Għandek id-dritt ukoll li tressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), li huwa l-awtorità tal-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea. Wieħed mill-kompiti tiegħu huwa li jittratta l-ilmenti u jwettaq l-inkjesti.
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew (UPD)
L-uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament fi ħdan l-istituzzjoni.
Kwalunkwe servizz tal-Parlament Ewropew/Dar l-Istorja Ewropea li juża informazzjoni li tidentifika individwi huwa kopert minn dan ir-Regolament u huwa meħtieġ jinnotifika lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew bi kwalunkwe operazzjoni li fiha tiġi pproċessata data personali (ġbir, konsultazzjoni, trażmissjoni, organizzazzjoni, eċċ.).
Dawn l-operazzjonijiet huma deskritti f’reġistri dedikati maħżuna fir- “Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data ta’ Rekords ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data fil-Parlament Ewropew”, li huwa disponibbli pubblikament fuq l-internet. Kwalunkwe ċittadin jista’ jaċċessa u jikkonsulta dawn ir-rekords bil-lingwa li fiha tkun iddaħħlet l-informazzjoni. Kwalunkwe persuna kkonċernata tista’ teżerċita d-drittijiet rikonoxxuti mir-Regolament abbażi tal-informazzjoni li tkun tinsab f’dawn ir-rekords.
Persuna ta’ kuntatt:
- data-protection
europarl [dot] europa [dot] eu (data-protection[at]europarl[dot]europa[dot]eu)
Aktar tagħrif:
Il-kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
Il-kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) huwa l-awtorità tal-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet, korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea.
Wieħed mill-kompiti tiegħu huwa li jittratta l-ilmenti u jwettaq l-inkjesti. Il-kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data ser jilqa’ u jipproċessa l-ilment tiegħek.
Persuna ta’ kuntatt:
- edps
edps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)
Aktar tagħrif: