It-tim ta’ Dar l-Istorja Ewropea joffri vjaġġ interessanti u stimulanti tul l-istorja tal-Ewropa.

Ejja fil-brejk ta’ nofsinhar u skopri l-wirjiet permanenti u temporanji tagħna.

Kull tielet Tlieta tax-xahar
12.15 - 13.00
Lingwa: Ingliż
Niltaqgħu l-Family Kiosk fil-Kamra tal-Fables

Kull żjara hija ffaċilitata minn membru tat-tim tal-mużew tagħna, li joffri l-interpretazzjoni personali tiegħu tat-tema u perspettiva ġdida dwar il-kollezzjoni. Dawn iż-żjarat, minflok jieħdu xejra ta’ lekċers eżawrjenti, jiffukaw fuq oġġetti magħżula u għandhom l-għan li jqajmu l-kurżità, sens ta’ riflessjoni u jqanqlu konverżazzjoni dwar l-Istorja Ewropea.

Jekk jogħġbok kun af li biex tidħol fil-mużew, trid tgħaddi minn kontrolli tas-sigurtà li jieħdu xi ftit tal-ħin - nagħtuk parir tippjana għal dan minn qabel.