Kull żjara hija ffaċilitata minn membru tat-tim tal-mużew tagħna, li joffri l-interpretazzjoni personali tiegħu tat-tema u perspettiva ġdida dwar il-kollezzjoni. Dawn iż-żjarat, minflok jieħdu xejra ta’ lekċers eżawrjenti, jiffukaw fuq oġġetti magħżula u għandhom l-għan li jqajmu l-kurżità, sens ta’ riflessjoni u jqanqlu konverżazzjoni dwar l-Istorja Ewropea.
Iċċekkja l-kalendarju ta’ hawn taħt għaż-żjarat tal-2026.
Informazzjoni prattika
- Iż-żjarat huma bla ħlas u jsiru mill-12:15 sas-13:00 bl-Ingliż. Iltaqa’ mal-gwida fil-Family Kiosk fil-Kamra tal-Fables. M’hemmx għalfejn tibbukkja.
- Jekk jogħġbok kun af li biex tidħol fil-mużew, trid tgħaddi minn kontrolli tas-sigurtà li jieħdu xi ftit tal-ħin - nagħtuk parir tippjana għal dan minn qabel.
Lulju - Diċembru
-
21 Lulju
L-ebda żjara waqt il-brejk ta’ nofsinhar minħabba li festa nazzjonali.
-
18 ta’ Awwissu
L-Ewropa Miexja
Wara kull vjaġġ hemm storja. Dan ix-xahar, agħti ħarsa aktar mill-qrib lejn il-movimenti li ttrasformaw l-Ewropa: il-migrazzjonijiet li sawru mill-ġdid il-komunitajiet, il-vjaġġi li fetħu orizzonti ġodda, u l-innovazzjonijiet tat-trasport li għamlu l-kontinent aktar magħqud mill-qrib. Ejjew niskopru l-esperjenzi umani moħbija wara t-toroq, ir-rotot u l-mixja tal-Ewropa.
-
15 ta’ Settembru
Minn ġenerazzjoni għall-oħra
Int għal liema ġenerazzjoni tappartjeni? Mill-istudenti tal-Erasmus li taw bidu għal avventuri Ewropej, għall-ħafna gruppi ta’ etajiet li għexu, ħabbew, issieltu u bnew lil dan il-kontinent mill-ġdid, kull ġenerazzjoni ġġib ir-ritmu tagħha stess fl-istorja. Ejja u skopri kif il-ġenerazzjonijiet isawru l-Ewropa u kif l-Ewropa ssawwar il-ġenerazzjonijiet.
-
20 ta’ Ottubru
Playlist Ewropea ħafna
Il-mużika fl-istorja Ewropea ġġib magħha tifsira, memorji u mumenti fejn in-nies ingħaqdu. Ejja nisimgħu b’attenzjoni l-ħsejjes u l-kanzunetti f’Dar l-Istorja Ewropea inklużi l-“Għanja lill-Ferħ”, ir-ritmi tal-fabbriki, is-swat tal-Eurodance u l-favoriti tal-Eurovision...
-
17 ta’ Novembru
Iltaqa’ mat-tieni tim tal-wirja “Postkolonjali?”
“Postkolonjali?” hija l-wirja temporanja attwali hawnhekk f’Dar l-Istorja Ewropea. Hija tesplora l-effetti fit-tul li l-kolonizzazzjoni u t-tmiem tagħha kellhom fl-Ewropa matul dawn l-aħħar 70 sena. Ejja u ltaqa’ mat-tim li sawwar din il-wirja.
-
15 ta’ Diċembru
Tħejjija għal staġun ta’ festi
Insellmu lill-istaġun tal-festi! Inġeddu l-memorji b’rakkonti ,mill-istorja Ewropea, xierqa għall-konverżazzjoni perfetta waqt l-ikla ta’ filgħaxija f’dan il-perjodu ta’ festi. Qed tfittex ispirazzjoni għal rigal perfett? Għax ma tippruvax mawra f’Dar l-Istorja Ewropea! Ejjew nanalizzaw l-istorja ta’ ċerti oġġetti li ngħataw u forsi saħansitra ġew ritornati.