Edituri: Perikles Christodoulou, Alexandre Mitchell.
Fil-qosor
Mill-propaganda tal-Gwerer Dinjija u l-Gwerra Bierda sal-isplużjoni tal-iskambji kulturali, it-turiżmu u t-twelid ta’ movimenti soċjali pluralisti wara t-Tieni Gwerra Dinjija, joħorġu livelli kumplessi ta’ firda u għaqda fl-Ewropa permezz ta’ għażla ta’ kartelluni mill-kollezzjoni ta’ Dar l-Istorja Ewropea.
Il-kartellun illustrat twieled fl-Ewropa lejn l-aħħar tas-seklu 19. Huwa riflessjoni ta’ dinja dejjem aktar kummerċjalizzata u, aktar tard, ideoloġiji politiċi kunfliġġenti. Il-kartelluni huma effimeri, prodotti għal mument speċifiku, iżda ħafna elementi huma riċiklati u għandhom riżonanza fil-memorja kulturali tal-lum. Mill-propaganda tal-Gwerer Dinjija u l-Gwerra Bierda sal-isplużjoni tal-iskambji kulturali, it-turiżmu u t-twelid ta’ movimenti soċjali pluralisti wara t-Tieni Gwerra Dinjija, joħorġu livelli kumplessi ta’ firda u għaqda fl-Ewropa permezz ta’ għażla ta’ kartelluni mill-kollezzjoni ta’ Dar l-Istorja Ewropea. Dawn jirriflettu l-iżvilupp u t-trasformazzjoni tal-isfera pubblika fil-bliet Ewropej.
Informazzjoni prattika
- L-Ingliż biss.
- Il-verżjoni sħiħa tal-ktieb hija disponibbli biex titniżżel hawnhekk.