Għandek inqas minn siegħa biex tqatta’ Dar l-Istorja Ewropea? Diġà għandek ħarsa ġenerali tajba lejn il-wirja permanenti u tixtieq tesplora suġġett speċifiku aktar fil-fond? Qed tfittex mogħdija tan-navigazzjoni aktar sempliċi fit-tablet multimedjali? Il-kuraturi tal-mużewijiet żviluppaw tliet żjarat tematiċi għal dawn ir-raġunijiet.

Meta żżur Dar l-Istorja Ewropea, hemm disponibbli tablet li tiggwidak mill-ħames sulari tal-wirja permanenti bil-lingwa tal-għażla tiegħek. Filwaqt li tikkomplementa din il-ħarsa ġenerali komprensiva, it-tablet toffri żjarat tematiċi iqsar li jenfasizzaw kontenut magħżul madwar ċertu suġġett. 

Liema żjarat huma disponibbli issa fuq it-tablet multimedjali?

Ejja u skopri dawk l-aspetti ċentrali tal-istorja Ewropea permezz ta’ oġġetti, dokumenti u films mill-kontinent kollu u lil hinn minnu, permezz tat-tliet żjarat tematiċi awtogwidati ġodda.