EXPO 58, il-fiera internazzjonali li saret fil-Plateau ta’ Heysel/Heizel fi Brussell mis-17 ta’ April sad-19 ta’ Ottubru 1958, laqgħet kważi 42 miljun viżitatur. Sitt miljun ruħ żaru l-padiljun tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA). Issa jistgħu jżuruha ħafna aktar nies, 65 sena wara li l-Expo 58 għalqet il-bibien tagħha għall-pubbliku.
Padiljun virtwali jista’ jiġi esperjenzat permezz tat-teknoloġija tar-realtà virtwali f’Dar Jean Monnet u online permezz tas-siti web ta’ Dar Jean Monnet u ta’ Dar l-Istorja Ewropea. Iż-żjara virtwali bħalissa hija disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, iżda dalwaqt se tkun disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea.
Dawk li ħolqu l-padiljun virtwali użaw ritratti bojod u iswed mill-arkivji biex jerġgħu jagħtuha l-ħajja u l-viżitatur, iggwidat mill-avatars, jista’ jgħaddi mill-ispazji tagħha b’diversi sulari u mimlija nies, u anke jinżel taħt l-art fil-minjiera tal-faħam tagħha.
Mur lura fiż-żmien u żur il-padiljun tal-KEFA issa.