Tista’ tara l-animazzjoni sħiħa fuq il-kanal Vimeo tagħna.
L-animazzjoni turi l-istorja tal-Ewropa permezz ta’ viżwali poetiċi, b’figuri mitiċi bħal Zeus u Europa, u oġġetti tal-mużew bħall-karozza Zastava u Tedis it-Teddy Bear. L-istorja tiżvolġi mingħajr il-ħtieġa ta’ taħdit sovrapost, u għalhekk hija aċċessibbli u pjaċevoli għall-etajiet u l-ħiliet lingwistiċi kollha.
It-tfal se jogħġbuhom il-viżwali immaġinattivi, filwaqt li l-adulti se japprezzaw l-elaborazzjoni artistika u s-sinifikat storiku tal-karattri u l-istejjer. Skopri l-istorja tal-Ewropa fil-qosor, b’mod divertenti u aċċessibbli!
L-ispazji għall-Familji huma aċċessibbli matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużew. Attivitajiet ta’ tagħlim iffaċilitati addizzjonali huma nhar ta’ Erbgħa, is-Sibtijiet u l-Ħdud f’ 14: 00 sa 17: 00. Id-dħul huwa mingħajr ħlas.